Grandmother and granddaughter together, hugging and joyfully laughing in a Flowering apricot garden in April. Family outdoors lifestyle.

L-għan tagħna huwa li ngħinu lin-nies jibqgħu responsabbli minn ħajjithom għall-itwal żmien possibbli waqt li jixjieħu

Grandmother and granddaughter together, hugging and joyfully laughing in a Flowering apricot garden in April. Family outdoors lifestyle.

Offerta ta' opportunitajiet għal adulti anzjani biex jibqgħu attivi fiżikament, mentalment u soċjalment

Ngħinu lin-nies jibqgħu responsabbli minn ħajjithom għall-itwal żmien possibbli meta jixjieħu

Soċjetà għal kull età tippermetti diversi ġenerazzjoniet illi jinvestu f’xulxin u jaqsmu il-benefiċċji ta’ dak l-investiment.

Hija soċjetà li fiha r-rispett, ugwaljanza, indipendenza, parteċipazzjoni, kura tas-saħħa, sodisfazzjon personali u d-dinjità tal-anzjani tiġi segwita dejjem. Permezz tal-Politika Strateġika Nazzjonali għal Anzjanità Attiva 2014-2020, il-Gvern jikkommetti ruħu li jibdel is-soċjetà f’waħda ta’ kull età u jiżgura li n-nazzjon tagħna jadotta miżuri speċifiċi li jibdlu lil Malta f’pajjiż adatt għal kull età.

Valuri Ewlenin

Soċjetà għal kull età

Waħda li taġġusta l-istrutturi u l-funzjonijiet tagħha, kif ukoll il-politika u l-pjanijiet tagħha, biex jiġu jaqdu l-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet ta’ kulħadd, u b’hekk tkun miftuħa għall-potenzjal u għall-benefiċċju ta’ kulħadd

Il-valur tal-Imparzjalità Interġenerazzjonali

Soċjetà tabilħaqq demokratika ssostni l-ħtieġa ta’ rispett ugwali, l-istess opportunitajiet, u livelli komparabbli ta’ għajxien bejn ġenerazzjonijiet differenti

Kisba tas-setgħa

Impenn għal aġġornament tal-politika dwar l-anzjanità biex tirrifletti l-bżonnijiet u x-xewqat tal-popolazzjoni aktar avvanzata fl-età

STORJA TA'

Qegħdin infittxu persuni li għandhom ‘il fuq minn 60 sena biex naqsmu l-esperjenzi tagħhom f’serje televiżiva ġdida. Tgħid int, jew xi ħadd li taf, jista’ jkun fost il-magħżula?

Innomina l-protagonisti ta’ Storja ta’ billi tidħol fil-link awn taħt.

Applikazzjonijiet

L-għan ewlieni tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ​hu dak li tinbidel is-soċjetà anzjana minn waħda ta’ dipendenza għal anzjanità attiva, sabiex tagħti l-indipendenza u dinjità fl-anzjanità. Kif ukoll tipprovdi servizzi ta’ kura fil-komunità sabiex jgħinu lill-anzjani biex ikomplu b’ħajjithom fl-ambjent li kibru fih. L-għan ewlieni hu wieħed preventiv, fejn jiġu involuti l-gruppi ta’ etajiet differenti fil-proċess ta’ anzjanità attiva tul il-ħajja.

Servizzi Kliniċi fil-Komunità

Il-missjoni tagħna hi li nipprovdu kura fil-komunità u s-servizzi li jaqdu l-ħtiġijiet tal-pubbliku. Sabiex tkun taf jekk inti, jew membru tal-familja, jista’ jkun eliġibbli għal xi wieħed mis-servizzi u kura fil-komunità, jekk jogħġbok ara l-informazzjoni fuq din il-paġna. L-informazzjoni pprovduta hija relatata mal-kura fil-komunità u s-servizzi amministrati minn Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.

Ċentri għall-Anzjanità ​​​​Attiva​

Dawn iċ-ċentr joffru opportunitajiet lil persuni ikbar fl-età biex jibqgħu attivi fiżikament, mentalment u soċjalment. Iċ-ċentri huma ffukkati aktar fuq it-tagħlim tul il-ħajja

Ċentri tal-Attività tad-Dimenzja

Dan is-servizz jgħin biex inaqqas l-istress lil min ikun qed jieħu ħsiebhom, filwaqt li tiġi offruta terapija sabiex il-persuni li jbatu mid-dimenzja jistgħu jibqgħu attivi

Servizz ta’ Kontinenza

Is-Servizz ta’ Kontinenza hu immirat li jtaffi problemi psikoloġiċi li għalih anzjan jista’ jkollu minħabba problemi fil-bużżieqa jew fil-musrana li jirriżultaw minħabba f’inkontinenza

Is-Servizz ta’ Ġerjatrija fil-Komunità

Is-Servizz ta’ Ġerjatrija fil-Komunità jipprovdi aċċess lil anzjani li ma jistgħux joħorgu minn djarhom minħabba xi problema ta’ saħħa fiżika, sabiex jiksbu Assesjar Ġerjatriku komprensiv

Is-Servizz ta’ Psikjatra fil-Komu​nità ​

Is-servizz ta’ psikjatra fil-komunità jipprovdi evalwazzjoni psikjatrika għall-anzjani li ma jistgħux joħorġu mid-dar minħabba raġunijiet fiżiċi jew mentali

Skema Carer at Home​

Permezz ta’ din l-iskema, il-Gvern jagħti appoġġ finanzjarju lil dawk l-anzjani li jimpjegaw carer tal-għażla tagħhom biex taqdihom fil-ħtiġijiet tagħhom ta’ kuljum

Kura residenzjali

Id-Dħul fid-Dar jipprovdi servizz ta ’kura residenzjali f’ambjent emozzjonalment sigur u sigur għal ċittadini anzjani u persuni b’diżabilità, li ma jistgħux ilaħħqu aktar ma’ jgħixu fi djarhom stess.

IKKUNTATJANA

Għidilna jekk għandekx xi mistoqsija billi timla din il-formola. Nippruvaw nweġbuk fi żmien 24 siegħa.

Contact Us - MT