Teħid ta’ Demm

Dan is-servizz jikkonsisti f’teħid ta’ demm lill-individwi u t-trasport tal-kampjuni tad-demm lejn id-Dipartiment tal-Patoloġija ġewwa l-Isptar Mater Dei sabiex jiġu nvestigati. L-iskop ta’ dan is-servizz huwa li anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom minħabba nuqqas ta’ mobilità jew persuni b’diżabilità, jingħataw dan is-servizz fi djarhom stess.

X'SE TINGĦATA

Jekk il-persuna tkun eliġibbli, il-CommCare tieħu ħsieb torganizza appuntament sabiex jittieħdu lkampjuni tad-demm li jkunu meħtieġa u jiġu trasportati lejn il-laboratorju tal-Patoloġija tal-Isptar Mater Dei. Dan is-servizz huwa bla ħlas u huwa offrut mit-Tnejn sas-Sibt mis-7:30 sal-11:30 ta’ filgħodu.

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Ċittadini Maltin u barranin li għandhom Karta tal-Identità Maltija, li:
    • għandhom ‘il fuq minn 60 sena u li ma jistgħux jew għandhom diffikultà biex joħorġu minn djarhom
    • għandhom diżabilità li minħabba fiha ma jistgħux joħorġu minn djarhom u li għandhom il-Karta tal-Identità Speċjali (SID-EU card) maħruġa mill-Kummissjoni għadDrittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) u għandhom diffikultà biex joħorġu mid-dar

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

L-investigazzjoni tad-demm irid ikun ġie ordnat minn qabel mit-tabib tal-familja jew kwalunkwe tabib ieħor

Wara li d-demm jiġi ordnat mit-tabib, wieħed jista’ jibbukkja s-servizz billi jċempel fuq 22589389.

Ir-riferimenti jistgħu jsiru mit-tobba, minn professjonisti fi sptarijiet akuti jew ta’ rijabilitazzjoni, kif ukoll miċ-Ċentri tas-Saħħa u entitajiet oħra

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok agħfas hawn