Skema Carer at Home​

L-għan tal-iskema Carer at Home hi li tipprovdi servizz ieħor fil-komunità. Permezz ta’ din l-iskema, ilGvern jagħti appoġġ finanzjarju lil dawk l-anzjani li jimpjegaw carer tal-għażla tagħhom biex taqdihom fil-ħtiġijiet tagħhom ta’ kuljum. L-iskema ta’ Carer at Home qed tkun offruta kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

X'SE TINGĦATA

Il-benefiċjarju jirċievi sa massimu ta’ €6,000 kull sena, minn meta l-applikazzjoni tkun approvata. Ilbenefiċċju jiġi mħallas kull xahar direttament f’kont tal-bank indikat mill-applikant.

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Anzjan li għandu 60 sena `l fuq
  • Il-carer irid ikollu kwalifika rikonoxxuta. Għaldaqstant, fir-rigward ta’ kwalifika ottenuta minn barra minn Malta hija meħtieġa l-ekwivalenza mingħand il-Malta Qualifications Recognition Information Centre (MQRIC). Din tista’ tkun meħtieġa wkoll meta l-Anzjanità Attiva u Kura
    fil-Kommunità (AAKK) jara l-bżonn tagħha.
  • Kull applikant jiġi assessjat minn professjonista minn CommCare sabiex ikun żgurat li lbenefiċċju jingħata lil min veru għandu bżonn.

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Applikazzjoni mimlija
  • Rapport mediku li għandu jkun iffirmat minn tabib tal-familja
  • Kopja tal-kwalifika tal-carer
  • Kopja tal-ftehim ta’ impjieg awtentikat minn Nutar Pubbliku
  • Dokument uffiċjali minn JobsPlus jew Identity Malta (għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi) li jindika li l-carer hu mpjegat mal-applikant b’mod regolari

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok agħfas hawn