Servizz Silver T
Is-servizz ta’ Silver T jikkonsisti fi transport lokali lil persuni anzjani sabiex ikunu jistgħu jagħmlu il-qadi tagħhom fil-komunità, mingħajr ma joqgħodu jiddependu fuq il-familjari u l-ħbieb tagħhom.
X'SE TINGĦATA
Is-servizz jopera mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7:00 ta’ filgħodu sas-2:00 ta’ wara nofsinhar u jipprovdi faċilità ta’ trasport lil dawk il-persuni anzjani li jixtiequ jmorru l-bank, is-suq lokali, il-klinika, il-Kunsill Lokali, postijiet ta’ qima u diversi postijiet oħra fi ħdan il-lokalità. Dan is-servizz hu bla ħlas.
ELIĠIBBILTÀ
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Persuni anzjani `l fuq minn 60 sena u jgħixu f’dawn il-lokalitajiet:
- Iż-Żurrieq, Ħal Safi jew il-Gudja
- Ir-Rabat (Malta), Il-Baħrija, L-Imtarfa jew Ħad-Dingli
- Il-Mosta, Burmarrad, L-Imġarr, Naxxar jew Għargħur
- Il-Gżira, L-Imsida, Ta’ Xbiex jew Tal-Pietà
- Raħal Ġdid, Il-Fgura, Ħal Tarxien jew Santa Luċija
- Il-Mellieħa, Xemxija, San Pawl il-Baħar, il-Qawra u Buġibba
Wieħed irid jibbukkja sa mhux aktar tard minn jumejn qabel u mhux aktar kmieni minn ġimgħa qabel, fuq in-numru tat-telefon 21695544. Il-ħinijiet taċ-Ċentru tat-Telefonati huma l-istess bħall-ħin li fih jaħdem dan is-servizz, jiġifieri mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7:00 ta’ filgħodu sas-2:00 ta’ wara nofsinhar.
Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn