Servizz ​Silver T

Is-servizz ta’ Silver T jikkonsisti fi transport lokali lil persuni anzjani sabiex ikunu jistgħu jagħmlu il-qadi tagħhom fil-komunità, mingħajr ma joqgħodu jiddependu fuq il-familjari u l-ħbieb tagħhom.

X'SE TINGĦATA

Is-servizz jopera mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7:00 ta’ filgħodu sas-2:00 ta’ wara nofsinhar u jipprovdi faċilità ta’ trasport lil dawk il-persuni anzjani li jixtiequ jmorru l-bank, is-suq, il-klinika, il-kunsill lokali, postijiet ta’ qima u diversi postijiet oħra fi ħdan il-lokalità. Dan is-servizz hu bla ħlas.

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Persuni anzjani `l fuq minn 60 sena u jgħixu f’dawn il-lokalitajiet:

  • Iż-Żurrieq, Ħal Safi jew il-Gudja
  • Ir-Rabat (Malta), Il-Baħrija, L-Imtarfa jew Ħad-Dingli
  • Il-Mosta, Burmarrad jew L-Imġarr
  • Il-Gżira, L-Imsida, Ta’ Xbiex jew Tal-Pietà
  • Raħal Ġdid, Il-Fgura, Ħal Tarxien jew Santa Luċija

Wieħed jista’ jibbukkja biex jagħmel użu minn dan is-servizz sa mhux aktar tard minn jumejn qabel u mhux aktar kmieni minn ġimgħa qabel, fuq in-numri tat-telefon 159 jew 21695544. Il-ħinijiet taċ-Ċentru tat-Telefonati huma l-istess bħall-ħin li fiħ jaħdem dan is-servizz, jiġifieri mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7:00
ta’ filgħodu sas-2:00 ta’ wara nofsinhar.

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok agħfas hawn