Night Shelter

L-għan tas-servizz tan-Night Shelter hu li joffri kenn għal matul il-lejl lill-anzjani li jgħixu waħedhom jew li għal raġunijiet diversi, iħossuhom insikuri f’darhom. Hawn numru ta’ night shelters kemm f’Malta u kemm f’Għawdex Dan is-servizz hu offrut mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità flimkien ma’ entitajiet oħra.

X'SE TINGĦATA

Dan is-servizz joffri lill-anzjani ambjent sikur u protett għal matul il-lejl.

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Anzjan li għandu minn 60 sena `l fuq li preżentament qed jgħix waħdu u li jgħix ħajja indipendenti jew jirrikjedi assistenza minima fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ kuljum. B’referenza għall-persuni li jirrikjedu assistenza minima, dawk li jaqgħu fil-kategoriji ta’ hawn taħt huma eliġibbli:
    • Persuni li qed jutilizzaw siġġu tar-roti jew li qed jutilizzaw kwalunkwe għajnuna oħra għall-assistenza fil-mixi
    • Persuni li jkollhom xi inċidenti okkażjonali f’rigward inkontinenza u li jużaw pull-ups
    • Persuni li jirrikjedu assistenza minima meta jaqtgħu l-ikel u jiftħu vażetti
    • Persuni li jirrikjedu assistenza minima fir-rigward ta’ qfil fil-buttuni, żippijiet jew bra
    • Persuni li jirrikjedu assistenza minima f’assistenza biex jagħmlu xagħarhom jew jinħaslu
    • Persuni li jambulaw b’assistenza biex jimxu 50 metru
    • Ma jkunx ibati minn xi kundizzjoni medika (bħad-dimenzja), li tista’ tkun ta’ problema għarresidenti l-oħra li qed jużaw in-Night Shelter
    • Kemm irġiel u kemm nisa jistgħu japplikaw għan-night shelters li jinsabu ż-Żejtun, il-Fgura, il-Mellieħa, San Vinċenz de Paul u Dar Padova f’Għajnsielem, Għawdex

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Rapport mediku ffirmat mit-tabib tal-familja

Dan is-servizz hu bi ħlas ta’ €2.00 għal kull lejl li jrid jitħallas kull xahar bil-quddiem.

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok agħfas hawn