Handyman Se​rvice​​​

l-Handyman Service hu mmirat sabiex jagħti assistenza lil anzjani u nies bi bżonnijiet speċjali sabiex ikunu jistgħu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti fl-istess residenza tagħhom. Dan is-servizz joffri diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni fir-residenza ta’ l-applikant. Dawn jinkludu s-servizz ta’ mastrudaxxa; bajjad; plamer; elettriċista; installazzjoni ta’ poġġamani u ġarr ta’ affarijiet minn kamra għall-oħra.

Ma’ dawn is-servizzi, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità nieda proġett pilota ta’ servizz ta’ Handyman bla ħlas għal twaħħil ta’ ganġetti mal-bibien u anki nemmiesa (peeping holes) u dan sabiex l-anzjani jħossuhom iktar siguri u komdi jgħixu fid-djar tagħhom.

X'SE TINGĦATA

Numru ta’ servizzi ta’ manutenzjoni fid-residenza tiegħek (ara l-lista akta `l isfel)

Proġett pilota li jipprovdi sigurta’ għad-djar privati tal-anzjani: Twaħħil bla ħlas ta’ ganġetti mal-bibien u nemmiesa (peeping hole) għal dawk l-anzjani li għandhom iktar minn 60 sena u li għandhom il-karta r-roża jew għandhom il-karta tal-Identità Speċjali maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD)

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Anzjan li għandu 60 sena `l fuq; jew
  • Persuni li għandhom il-karta tal-Identità Speċjali maħruġa mill Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD); jew
  • Persuni li huma f’pussess ta’ dokument validu tal-Għajnuna Medika bla Ħlas (Karta r-Roża) maħruġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Karta tal-Identità Speċjali, jekk applikabbli
  • Dokument validu tal-Għajnuna Medika bla Ħlas (Karta r-Roża) maħruġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jekk applikabbli

Dan is-servizz jingħata mingħajr ħlas lill-persuni li huma ntitulati għall-Għajnuna Medika bla Ħlas (Karta r-Roża) jew il-Karta tal-Identità Speċjali. Dawk l-anzjani li m’għandhomx dawn id-dokumenti huma intitolati li jirċievu dan is-servizz b’tariffa nominali. Rati jvarjaw skont ix-xogħol meħtieġ u huma ddettaljati skont it-tabelli li ġejjin. Meta x-xogħol ikun lest, il-klijent irid iħallas lill-handyman li jkun għamel ix-xogħol. Dan tal-aħħar joħroġ irċevuta temporanja waqt li rċevuta uffiċjali tigi sussegwentement maħruġa mid-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Persuni li huma eliġibbli jridu jipprovdu għall-materjal meħtieġ minn flushom.

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok agħfas hawn

HANDYMAN SERVICE – DESKRIZZJONI TA’ XOGĦLIJIET U RATI TA’ ĦLAS

Mastrudaxxa

KodiċiDeskrizzjoni tax-XogħolPrezz (€)
A/01Bdil ta` Serratura 2.332.33
A/02Serratura Ġdida4.66
A/03Tiswija sempliċi fuq Tieqa/Bieb4.66
A/04Bdil ta` Ħġieġa fuq l-injam2.33
A/05Bdil ta` Ħġieġa fuq il-ħadid2.33
A/06Tiswija/Twaħħil fuq Cupboard/Xkaffa eċċ4.66
A/07Twaħħil ta` Grampuni/Anelli/Clips eċċ2.33
A/08Twaħħil ta` Pumi/Handles/Firrolli2.33
A/09Stock ta` Ħġieġ0.58
A/10Twaħħil/Bdil ta` Katina ta` bieb ta` barra1.16
A/11Block ta` l-injam taħt Sodda/Pultruna eċċ3.49
A/12Tinqata'/Tinbidel saqajn ta` Sodda/Pultruna eċċ3.49
A/13Biċċa njama bħal Għatu/Parakwa eċċ2.33
A/14Twaħħil ta` xi Lasta eċċ2.33
A/15Tibdil ta` Netting ta` Tieqa2.33
A/16Twaħħil ta` Nemmiesa0

Bajjad

KodiċiDeskrizzjoni tax-XogħolPrezz (€)
B/01Tikħil ta` Ċaċċis (Bieb)4.66
B/02Tikħil ta` Ċaċċis (Tieqa)2.33
B/03Tħallib ta` Bejt ta` kamra waħda6.99
B/04Tikħil ta` Toqob żgħar fl-art jew fil-ħajt2.33
B/05Twaħħil ta` Ħabel tal-Inxir2.33
B/06Tikħil ta` Maduma/Cement4.66
B/07Tikħil ta` xi katusa2.33

Plamer

KodiċiDeskrizzjoni tax-Xogħol Prezz (€)
C/01Bdil ta` Serpentina u Waste Pipe (Tas-sink)6.99
C/02Bdil ta` Washer fuq Vit ta` l-Ilma2.33
C/03Bdil ta` Vit fuq Sink2.33
C/04Bdil ta` Water Heater (Geyser)11.65
C/05Bdil ta` Angle Valve2.33
C/06Bdil ta` Flushing6.99
C/07Bdil ta` Flexible Pipe2.33
C/08Setting ta` Flushing2.33
C/09Ftuħ ta` Waste Pipe ta` mejjila (Drain)2.33
C/10Bdil ta` Valve ta` Tank tal-Bejt4.66
C/11Bdil ta` Pipe tal-Ilma (ġewwa u mhux moħbi)9.32
C/12Bdil ta` Friskatur (Wash hand basin)6.99
C/13Tiswija fuq Tank tal-Bejt4.66
C/14Bdil/Tiswija fuq Stopcock4.66
C/15Checking/Setting fuq Geyser/Pompa ta` l-Ilma1.16
C/16Overflow/Washer ta` Flushing2.33
C/17Twaħħil ta` Toilet Seat1.16
C/18Tiswija/Bdil ta` Mixer4.66

Elettriċista

KodiċiDeskrizzjoni tax-XogħolPrezz (€)
D/01Bdil ta` Switch 2.33
D/02Bdil ta` Socket Outlet2.33
D/03Bdil ta` Neon Tube bil-ħsara1.16
D/04Twaħħil ta` Neon Tube flok bozza5.82
D/05Twaħħil ta` Socket ġdid 6.99
D/06Tiswija ta` Qanpiena ta` bieb bil-ħsara2.33
D/07Twaħħil ta` Qanpiena tal-bieb ta` barra ġdida6.99
D/08Bdil ta` Three-Pin Plug1.16
D/09Twaħħil ta` Salva Vita (Surface mounted)9.32
D/10Tiswija/Checking ta` Salva Vita4.66
D/11Twaħħil ta` Wire ta` l-Elettriku4.66
D/12Wiring/Checking ta` Linfa/Lampshade eċċ2.33
D/13Żieda ta` Extension fid-dar4.66
D/14Tibdil ta` Fuse2.33
D/15Checking fuq Dawl/Socket eċċ2.33
D/16Bdil ta` Bozza/Holder1.16
D/17Checking fuq Serratura li taħdem bl-Elettriku2.33

Poġġamani

KodiċiDeskrizzjoni tax-Xogħol Prezz (€)
E/01Twaħħil ta` Sopraporta tal-Ħadid5.82
E/02Twaħħil ta` Sopraporta ta` l-Injam5.82
E/03Twaħħil ta` Shower/Sopraporta tal-Purtieri4.66

Ġarr ta` Oġġetti

KodiċiDeskrizzjoni tax-Xogħol Prezz (€)
G/01Ġarr ta` Appliances/Għamara fl-istess sular3.49
G/02Tibdil ta` Ċilindru tal-Gass1.16

Proġett pilota li jipprovdi sigurta’ għad-djar privati tal-anzjani li għandhom iktar minn 60 sena u li għandhom il-karta r-roża jew għandhom il-karta tal-Identità Speċjali maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD)

KodiċiDeskrizzjoni tax-Xogħol Prezz (€)
H/01Ġarr ta` Appliances/Għamara fl-istess sularBla ħlas
H/02Tibdil ta` Ċilindru tal-GassBla ħlas