Servizz ta' Kontinenza

Is-Servizz ta’ Kontinenza hu immirat li jtaffi problemi psikoloġiċi li għalih anzjan jista’ jkollu minħabba problemi fil-bużżieqa jew fil-musrana li jirriżultaw minħabba f’inkontinenza. L-għan ta’ dan is-servizz hu li jipprovdi appoġġ finanzjarju lil dawn l-anzjani billi jiġu mogħtija prodotti ta’ kontinenza li huma ssussidjati fuq bazi parzjali jew sħiħ.

X'SE TINGĦATA

Skema A: Intitolament għal provvista ta’ prodotti kompletament issussidjati, irreferi għal lista indikata hawn taħt (skont ir-riċetta tat-tabib tal-applikant u assessjar mill-Continence Nurse).

Skema B: Intitolament għal provvista ta’ prodotti parzjalment issussidjati (skont ir-riċetta tat-tabib tal-applikant u assessjar mill-Continence Nurse)

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Skema A: F’pussess ta’ Karta tal-Identità Speċjali (SID-UE) valida maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (CRPD) u li jsoffri minn inkontinenza kif iċċertifikat mit-tabib tal-applikant
  • Skema B: Anzjan li għandu 60 sena `l fuq u li jsofri minn inkontinenza kif iċċertifikat mit-tabib tal-applikant

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

  • Applikazzjoni mimmlija inkluż ir-rapport mediku ffirmat mit-tabib tal-applikant. Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-rapport mediku
  • Kopja tal-Karta tal-Identità Speċjali (SID-EU) għal min japplika għal Skema A

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn

Is-servizz għal Skema B hu bi ħlas:

Skema B
ProdottiPrezz kull prodottProdottiPrezz ta’ kull prodott
ĦrieqiPull-Ups
Ħrieqi Adulti Żgħar€0.17Pull-Ups Adulti Żgħar€0.43
Ħrieqi Adulti Medji€0.20Pull-Ups Adulti Medji€0.41
Ħrieqi Adulti Kbar€0.24Pull-Ups Adulti Kbar€0.45
Ħrieqi Adulti Extra Kbar€0.32Pull-Ups Adulti Extra Kbar€0.46
PadsInco-Sheets
Pads Tan-Nisa Żgħar€0.09Inco-Sheets Żgħar 60x40€0.07
Pads Tan-Nisa Kbar€0.11Inco-Sheets Kbar 60x90€0.13
Pads Tal-Irġiel€0.15
F’każ li l-applikant għandu bżonn ibiddel jew iżid xi prodotti, it-tabib personali tiegħek għandu jimla’ l-formola ta’ riferiment. Ikklikkja hawn biex tniżżel il-formola ta’ riferiment.