Ċentri għall-Anzjanità ​​​​Attiva​

Dawn iċ-ċentri huma post fejn joffru opportunitajiet lil persuni ikbar fl-età biex jibqgħu attivi fiżikament, mentalment u soċjalment. Iċ-ċentri huma ffukkati aktar fuq it-tagħlim tul il-ħajja. Huma post fejn l-anzjani jistgħu jiltaqgħu ma’ nies tamparhom u jieħdu gost flimkien. Kull ċentru joffri programm varjat ta’ attivitajiet fosthom ħruġ, taħdidiet edukattivi, logħob varju u programm ta’ tagħlim tul il-ħajja u numru ta’ sessjonijiet. Iċ-ċentri mhumiex biss post fejn wieħed imur iqatta’ siegħa żmien imma wkoll fejn wieħed jista’ jitgħallem u jaqsam l-abbilitajiet tiegħu mal-oħrajn.

X'SE TINGĦATA

L-opportunità li tiltaqa’ ma’ persuni ġodda u/jew ħbieb f’atmosfera familjari fejn persuna tkun komda u tista’ tieħu sehem f’attivitajiet ta’ natura kreattiva, soċjali, fiżika jew edukattiva

Taħditiet edukattivi dwar temi diversi, kif ukoll varjetà ta’ sessjonijiet li jinkludu eżerċizzji fiżiċi, żfin, snajja’, tagħlim dwar l-ewwel għajnuna, informazzjoni dwar l-Informatika u attivitajiet interġenerazzjonali fejn kemm l-istudenti kif ukoll l-istess anzjani jkunu mistiedna jaqsmu l-esperjenzi tagħhom bejniethom

Opportunità wkoll li tipparteċiepa f’attivitajiet fuq barra, inkluż mixjiet u  ħarġiet kulturali

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Persuni li għandhom 60 sena `l fuq. Dawn iċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva mhumiex addattati għal persuni li għandhom livell għoli  ta’ dipendenza
  • Applikazzjonijiet minn persuni oħra jiġu kkunsidrati fuq bażi individwali

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

  • Applikazzjoni mimlija inkluż rapport mediku ffirmat mit-tabib tal-pazjent. Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-rapport mediku

MISTOQSIJIET KOMUNI

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn