Social Work

L-għan tas-servizz Social Work hu li jipprovdi sapport psikoloġiku, gwida u assistenza lil anzjan. Dan isservizz jittratta ma’ każijiet ta’ xogħol soċjali, jipprovdi sapport lil klijenti, jiffaċilita l-immaniġġjar ta’ għajnuna personali u l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ azzjoni, intervent fejn ikun hemm każ ta’ kriżi, assessjar
fuq Home Help Service, u jsir koordinazzjoni ma’ sptarijiet ġerjatriċi u sptarijiet ta’ rijabilitazzjoni.

Rapporti fuq anzjani li għandhom kundizzjoni akuta u li jgħixu f’dar residenzjali huma wkoll parti minn dan is-servizz. It-Taqsima tax-Xogħol Soċjali, li tieħu ħsieb dan is-servizz, jinvestigaw każijiet soċjali u jieħdu azzjoni kif meħtieġ. Din it-taqsima tikkoordina wkoll mad-Dipartiment tas-Saħħa, il-pulizija, ilKunsilli Lokali, il-kappillani u organizzazzjonijiet oħra fil-komunità.

X'SE TINGĦATA

Isir intervent mill-ħaddiema soċjali u l-klijent jiġi segwit sabiex jittaffew sitwazzjonijiet stressanti preżenti u emerġenti. L-għan hu li jagħti s-setgħa lill-klijent sabiex jgħin lilu nnifsu u b’hekk ikun il-protagonist ta’ bidla pożittiva.

Meta jkun hemm bżonn, tintalab l-assistenza ta’ aġenziji speċjalizzati professjonali u dan bil-għan li jkunu ndirizzati sitwazzjonijiet emerġenti b’mod aktar effettiv.

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Anzjan li għandu 60 sena `l fuq:
  • li jgħix waħdu u għandu livell għoli ta’ dipendenza; jew
  • suspettat li għandu abbuż fiżiku, psikoloġiku, soċjali jew finanzjarju; jew
  • ibati bid-dimensja jew minn indeboliment konjittiv ieħor; jew
  • li qed jgħix fi stat ta’ periklu jew ta’ dwejjaq

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Kull dokument li jista’ jgħin biex isir pjan tajjeb ta’ azzjoni
  • Kull ċertifikat mediku jew discharge report tal-isptar

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok agħfas hawn