Servizz ta’ Psikoterapija

Il-Psikoterapija tgħin nies li għandhom diffikultajiet fuq livell ta’ mġieba u emozzjonijiet. Permezz tal-psikoterapija, il-persuna tista’ tidentifika u tbiddel dawn l-emozzjonijiet, ħsibijiet, u mġieba bl-għan li jgħixu kwalita’ ta’ ħajja aħjar.  Dan is-servizz ta’ psikoterapija jista’ jgħin lill-anzjani li jinsabu fid-djar residenzjali kif ukoll dawk fil-komunita’ sabiex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet.

X'SE TINGĦATA

Is-servizz jinkludi:

  • Sessjonijiet individwali lill-klijenti li jgħixu f’residenzi tal-anzjani kif ukoll fil-komunità (skont il-bżonnijiet)
  • Sessjonijiet fi gruppi lill-klijenti li jgħixu f’residenzi tal-anzjani kif ukoll fil-komunità (skont il-bżonnijiet)

Anzjani fil-komunità se jkunu jistgħu jattendu għal dawn is-sessjonijiet fi kliniki li jinstabu fiż-Żurrieq, Birkirkara jew l-Imtarfa skont fejn jgħix il-klijent.

ELIĠIBBILTÀ

Klijenti li għandhom jiġu riferuti għal dan is-servizz jeħtieġu li jissodisfaw il-kriterji kollha ta’ hawn taħt:

  • Anzjani li għandhom 60 sena `l fuq
  • Il-klijenti jew il-carers informali tagħhom għandhom ikunu qegħdin jirċievu minn tal-inqas wieħed jew aktar mis-servizzi offruti mill-Anzjanita Attiva u Kura fil-Komunità

KRITERJI GĦAL RIFERIMENT

Raġunijiet għal xiex wieħed jista’ jiġi riferut għall-interventi psikoterapewtiċi huma:

  • Diffikultajiet biex wieħed jaddatta għal:
    • Kundizzjoni fiżika ġdida
    • Djanjożi ġdida
    • Dħul f’residenza għall-anzjani
    • Ħajja wara telfa ta’ qarib
  • Esperjenzi frekwenti t’ansjetà, dwejjaq, nuqqas ta’ tama
  • Nuqqas ta’ nteress jew konċentrazzjoni f’attivitajiet ta’ kuljum
  • Tibdil estrem fl-aptit u / jew fir-rutina tal-irqad

F’każijiet ta’ limitazzjonijiet konjittivi severi, irid jingħata kunsens mill-kuratur tal-klijent. Importanti li wieħed jinnota li f’każijiet simili, il-klijent jaf ma jiggwadanjax minn dan is-servizz.

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Applikazzjoni mimlija, inkluż ir-rapport mediku ffirmat.

Kliniki tal-psikoterapistiIndirizzĠranet u ħinijiet tal-ftuħ
(b’appuntament)
ŻurrieqTriq l-Imqabba, Żurrieq ZRQ 1079L-Erbgħa (7:00-15:00)
BirkirkaraĊentru Ċiviku, Triq Tumas Fenech, Birkirkara BKR 2526L-Erbgħa u l-Ġimgħa (7:00-15:00)
MtarfaDar tal-Anzjani l-Imtarfa, Triq L-Anzjani, MtarfaIt-Tnejn (7:00-15:00)

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok agħfas hawn