Meals on Wheels

L-għan tas-servizz Meals on Wheels huwa li jagħti sapport lil anzjani u persuni oħra li qed jgħixu fid-dar tagħhom imma ma jistgħux jippreparaw ikla.

X'SE TINGĦATA

Ikla waħda kuljum, li tkun imwassla kiesħa. Dan sabiex l-ikel ikun ikkunsmat fil-ħin li jixtieq il-klijent. Għandu jkun żgurat li l-ikel jiġi msaħħan qabel jittiekel. Il-menu joffri varjetà ta’ ikliet għal 14-il jum konsekuttiv. Kull ikla ta’ kuljum tikkonsisti fi starter, il-kors ewlieni u deżerta.

Kull applikant huwa suġġett għall-assessjar minn professjonijisti fil-kura sabiex jiġi żgurat li s-servizz qed jiġi pprovdut lil dawk il-persuni li veru għandhom bżonnu.

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Anzjan li għandu 60 sena `l fuq; jew
  • Persuna taħt is-60 sena u li għandha l-Karta tal-Identità Speċjali valida maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (CRPD)

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Rapport mediku mit-tabib tal-familja

Dan is-servizz hu bi ħlas issussidjat ta’ €2.20 għal kull ikla. Ħlas bi flus kontanti għandhom jingħataw mill-benefiċjarju lil persuna li tkun qed twassal l-ikla.

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok agħfas hawn