Is-Servizz ta’ Occupational Therapy

Is-Servizz ta’ Occupational Therapy huwa kkonċernat li jippromovi s-saħħa u l-benessri tal-anzjan permezz ta’ okkupazzjoni. L-għan prinċipali ta’ dan is-servizz huwa li jippermetti lil anzjan jipparteċipa f’attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum. Dan r-riżultat jinkiseb billi wieħed jaħdem mal-anzjan u kommunitajiet biex itejbu l-abbiltà tagħhom biex jidħlu f’okkupazzjonijiet li jridu jew li jeħtieġu, inkella billi jimmodifikaw l-ambjent ħalli jagħtu appoġġ aħjar fl-okkupazzjonali tagħhom.

X'SE TINGĦATA

Valutazzjoni u Evalwazzjoni tas-Saħħa u Ħiliet Bażiċi.

Ippjanar u Implimentazzjoni ta’ Programmi Terapewtiċi.

Reviżjoni ta’ Programmi Terapewtiċi.

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Anzjan li għandu 60 sena `l fuq residenti f’Dar Residenzjali tal-Gvern jew li tifforma parti mill-iskema tal-Public Private Partnership;
  • Li tgħix f’komunità filwaqt li qegħdha ssofri minn xi forma ta’ diżabilità u ma tistax tagħmel użu minn servizzi oħra fil-komunità minħabba saħħa ħażina.

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Rapport Mediku ffirmat mit-tabib tal-familja. Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-Rapport Mediku.

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn