Is-Servizz ta’ Ġerjatrija fil-Komunità

Is-Servizz ta’ Ġerjatrija fil-Komunità jipprovdi aċċess lil anzjani li ma jistgħux joħorgu minn djarhom minħabba xi problema ta’ saħħa fiżika, sabiex jiksbu assesjar ġerjatriku komprensiv. Dan isir billi l-Ġerjatriku fil-Komunità jagħmel żjara medika d-dar flimkien ma’ professjonisti mit-Taqsima tal-Assessjar tal-CommCare.

X'SE TINGĦATA

Wara ir-riferiment, il-każ jiġi diskuss bejn il-Ġerjatriku fil-Komunità, it-tim tal-CommCare u t-tabib tal-pazjent. Wara li ssir din il-konsultazzjoni, normalment issir żjara medika d-dar, partikolarment meta tkun qed tiġi trattata problema medika komplessa li teħtieġ l-immaniġġjar ta’ speċjalista ġerjatrika.
Professjonisti oħra mit-tim multidixxiplinarju tal-CommCare jistgħu jiġu involuti ukoll, b’żjarat isegwu skont il-ħtiġijiet tal-pazjent.

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
• Anzjan li għandu 60 sena `l fuq
• Qed jgħix fil-komunità
• Fil-bżonn ta’ intervent mhux akut
• Ma jistax joħroġ minn daru biex jattendi klinika ġerjatrika fuq bażi ta’ outpatient

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Meta infermier jew xi membru professjonali mill-Allied Health Professions minn CommCare jiddentifikaw il-bżonn għal Servizz ta’ Ġerjatrija fil-Komunità, it-tabib tal-pazjent jiġi mogħti parir biex jimla Biljett ta’ Referenza. Wara li persuna inkarigata apposta tirċievi din ir-referenza, il-każ jiġi diskuss mal-Ġerjatriku fil-Komunità

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok agħfas hawn