Is-Servizz ta’ Fiżjoterapista
Is-Servizz ta’ Fiżjoterapista huwa mmirat li jgħin lil anzjan jilħaq l-potenzjal massimu tiegħu sabiex ikun jista’ jgawdi ħajja aktar indipendenti mill-aħjar li jista’. Il-fiżjoterapista li jifforma parti mit-team tal-Allied Health Professionals, jipprovdi parir/taħriġ dwar terapija u rijabilitazzjoni biex jittratta problemi dwar lmobilità.
X'SE TINGĦATA
Valutazzjoni dettaljata dwar mobilità.
Terapija manwali u programmi ta’ eżerċizzji.
Parir/taħriġ fuq kif tuża l-apparat ta’ mobilità b’mod korrett meta ndikat.
Parir/taħriġ għal min ikun qed jieħu ħsieb anzjani fejn ikun hemm bżonn
ELIĠIBBILTÀ
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Anzjan residenti fid-Djar tal-Gvern jew li jiffurmaw parti mill-iskema tal-Public Private Partnership
- Anzjan li jgħix ġewwa dar tiegħu u li minħabba raġunijiet ta’ saħħa; fraġilità jew minħabba aċċessibbilità ma jistax joħrġ. F’ċertu każijiet, il-fiżjoterapista jista’ jkollu bżonn li jżur lil anzjan fid-dar tiegħu stess
DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA
Dokumentazzjoni ġenerali:
(Fiżjoterapija domiċilju)
- Rapport Mediku li għandu jkun iffirmat mit-tabib tal-familja. Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-Rapport Mediku
- Lista ta’ Mediċini Preskritti li l-anzjan qed jieħu (jekk applikabbli)
- Jekk l-anzjan ikun qed jirċievi xi servizz ieħor (e.g. infermiera fid-dar), Nota ta’ Informazzjoni minn dawn in-nies hija meħtieġ
(Fiżjoterapija f’Dar Residenzjali)
- Formola ta’ Riferiment li trid tiġi mimlija minn infermier jew minn persuna kkwalifikata li taħdem fid-Dar Residenzjali
Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn