Servizz Dijetetiku Domiċiljari

Is-servizz Dijetetiku Domiċiljari huwa mfassal biex jivvaluta, jiddjanjoża u jittratta problemi ta’ dieta u nutrizzjoni. Dan is-servizz għandu l-għan li jipprovdi aċċess liċ-ċittadini anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom minħabba nuqqas ta’ mobilità, biex jiksbu analiżi komprensiva tad-dieta.

X'SE TINGĦATA

Is-servizz jinkludi;

  • Valutazzjoni dijetetika inizjali u żjarat oħra skont il-ħtiġijiet tal-klijent
  • Parir dwar dieta xierqa għall-kundizzjonijiet kliniċi/mediċi speċifiċi
  • Taħriġ, pariri u appoġġ għal dawk li jagħtu l-kura, jew professjonisti oħra tal-kura tas-saħħa

ELIĠIBBILTÀ

Iċ-ċittadini Maltin u l-barranin kollha li għandhom numru tal-identità Maltija li huma;

  • Ċittadini anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom minħabba nuqqas ta’ mobilità u li għandhom 60 sena jew aktar

Kriterji għal Riferiment

  • Klijenti b’bidu ta’ ikel enterali jew klijenti li ma jistgħux jieklu xejn mill-ħalq, kif rakkomandat minn Speech and Language Pathologist
  • Klijenti fuq ikel enterali permezz ta’ tubu NG/PEG/RIG
  • Bidla fil-kundizzjoni klinika li titlob reviżjoni tal-ikel enterali
  • Klijenti fi prova ta’ mingħajr tubu nażogastriku
  • Klijenti b’telf sinifikanti fil-piż

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

  • Applikazzjoni mimlija
  • Rapport Mediku ffirmat mit-tabib tal-familja. Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-Rapport Mediku li jrid jinkludi:
    • Lista ta’ kwalunkwe medikazzjoni li tittieħed (jekk applikabbli)
    • Storja medika relatata mal-ikel u n-nutrizzjoni
    • Dieta/reġim tal-ikel kurrenti li huma preskritti (jekk applikabbli)

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn