Dementia Intervention Team

Id-Dementia Intervention Team (DIT) jipprovdi servizz fil-komunità lill-persuni bid-dimenzja u lil dawk li jieħdu ħsiebhom. Issir valutazzjoni ħolistika tas-sitwazzjoni tal-persuna bid-dimenzja u ta’ dawk li jkunu qed jieħdu ħsiebha fir-residenza fejn tkun qed tgħix. Wara dan l-assessjar, pjan ta’ kura jiġi mfassal speċifikament għal kull każ. Dan jista’ jinkludi informazzjoni u taħriġ; sapport; pariri dwar is-sigurtà u strateġiji magħmulin kemm għall-persuni bid-dimenzja kif ukoll għall-persuni li jieħdu ħsiebhom. Lgħan ewlieni ta’ dawn il professjonisti jiffoka sabiex il-persuna bid-dimenzja tkompli tgħix b’mod attiv fil-komunità.

X'SE TINGĦATA

It-tim ta’ professjonisti jiprovdi pakkett ta’ kura speċjalizzata biex jappoġjaw il-persuna bid-dimenzja u lil dawk in-nies li jieħdu ħsiebhom. Perjodikament it-tim jibqa’ jsegwi kull każ u jbiddel il-pjan ta’ għajnuna skont il-bżonn. It-tim isir punt ta’ referenza ewlenija għall-persuni bid-dimenzja u l-familja tagħhom.

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikant irid ikollu dijanjosi b’xi tip ta’ dimezja u jkun segwit minn konsulent
  • L-applikant irid ikun qed jgħix fid-dar tiegħu

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Referenza mill-konsulent li qed isegwi l-klijent

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok agħfas hawn