Kwalità ta’ Ħajja Aħjar għall-Anzjani
li jgħixu fi Djar għall-Anzjani

Il-Karta tad-Drittijiet tenfasizza li r-residenti li jgħixu fi Djar għall-Anzjani għandhom id-dritt għad dinjità, libertà, sigurtà u benesseri fiżiku u mentali, kif ukoll il-libertà tal-għażla u l-awto-determinazzjoni tagħhom

SOSTENN GĦAD-DRITTIJIET TAL-ANZJANI

Ħafna nies ma jħossuhomx komdi jqajmu ilment jew tħassib tagħhom, iżda huwa importanti li tindirizza t-tħassib tiegħek fil-pront u mhux tħalliha teskala. Din tista’ tkun partikolarment diffiċli jekk l-ilment tiegħek huwa dwar il-kura tas-saħħa jew servizz li tiddependi minnu sabiex taqdi l-bżonnijiet bażiċi tiegħek.

X'INHUMA D-DRITTIJIET TIEGĦI?

Il-Karta tad-Drittijiet u l-Obbligi tal-Anzjani li jgħixu fid-Djar tal-Anzjani tiddeskrivi d-drittijiet u l-obbligi tiegħek bħala resident u dawk tal-fornitur tas-servizz. Xi wħud mid-drittijiet u l-obbligi jinkludu:

  • Li r-residenti jkollhom dritt għar-rispett tal-valuri, twemmin u preferenzi li jħaddnu rispettati
  • Li tkun ħielsa minn kull forma ta’ abbuż, u li jingħataw il-kura tas-saħħa u assistenza fejn ikun hemm bżonn
  • Residenti jingħataw ukoll programm ta’ attività soċjali, li joffri divertiment u lopportunità sabiex jissoċjalizzaw ma’ oħrajn.
  • Rispett lejn l-interess ġenerali tal-komunità fil-faċilità

MIN JISTA' JGĦIN?

Jekk mhux ċert jew mhux f’pożizzjoni li  tindirizza t-tħassib tiegħek tal-fornitur tas-servizz tista’ tinkontattja lil Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità sabiex jgħinuk.

Standards Minimi għad-Djar tal-Anzjani

L-Istandards Minimi għad-Djar tal-Anzjani jirrikonoxxu l-ħtiġijiet uniċi u kumplessi ta’ kull individwu li jgħix f’dar ta’ kura.  Dawn jistipulaw ir-rekwiżiti minimi għall-faċilità biex topera bħala dar ta’ kura kif ukoll l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa mill-maniġment u mill-istaff biex jiżguraw li d-djar ta’ kura jagħtu servizzi ta’ kwalità. Il-Prinċipji ta’ bażi tal-Istandards jinkludu: kura li tiffoka fuq il-persuna, dinjità, privatezza, benesseri fiżiku u mentalisodisfazzjon personali, awtonomija/emanċipazzjoni, ugwaljanza  u d-dritt għalilment u għal rikors legali.

L-Istandards jirrakomandaw ukoll lid-djar tal-Anzjani sabiex jippromwovu kultura ta’ Anzjanità Attiva fid-Dar ta’ Kura b’mod konsistenti malPolitika Strateġika Nazzjonali ta’ Malta għal Anzjanità Attiva. Il-missjoni tad-djar tal-anzjani għandha tmur lil hinn mill-kunċett tradizzjonali ta’ ‘kura għall-anzjani’ u għandha tippermetti lir-residenti jirrealizzaw il-potenzjal sħiħ tagħhom għal benesseri fiżiku, soċjali u mentali. Għandhom jipprovdu ukoll ambjent fejn ir-residenti jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom f’attivitajiet produttivi, u stil ta’ ħajja b’saħħtu, indipendenti u sikur.

ARA L-ISTANDARDS MINIMI GHAD-DJAR TAL-ANZJANI​​

​​​