Dikjarazzjoni ta' Missjoni

Il-viżjoni korpora​ttiva tagħna hija li nkunu ċentru ta’ eċċellenza fil-kura ffukata fuq il-klijent permezz ta’ prattiki ta’ innovazzjoni u kura ġerjatrika speċjalizzata għal persuni li huma dipendenti ħafna u għandhom bżonnijiet kumplessi.

Taħriġ Kontinwu ġewwa SVP

Il-popolazzjoni Maltija qed tgħix iktar fit-tul. Dan qed iwassal għal soċjetà iktar b’saħħitha. Hekk kif in-numru tal-anzjani qed jikber, u huma qed jgħixu iktar fit-tul, dan qed iwassal għal domanda ikbar ta’ sodod, bżonn ikbar ta’ swali li huma dementia friendly kif ukoll numru ikbar ta’ ħaddiema f’dan il-qasam. It–Training Centre ġewwa San Vinċenz de Paul, mhux biss qed jagħlaq id-distakk bejn it-teorija u l-prattika iżda qed jinkoraġġixxi t-tim multi-dixxiplinari biex ikollu l-ħiliet u attitudni meħtieġa sabiex il-klijent ikollu kura iktar ħolistika u individwali. L-għan prinċipali ta’ dan il-kors hu sabiex intejbu l-kwalità ta’ ħajja fost l-anzjani tagħna.​ Agħfas hawn​ biex tapplika.