Navigate Up
Sign In

Taħriġ għal min jixtieq jaħdem bħala Care Assistant

​                                      EN Flag.png

CareAssistantCource Header MT.png

 
St Vincent De Paul u l-Universita` ta’ Malta, qed joffru opportunità biex persuni jsegwu kors speċjalizzat li jinkludi aspetti teoretiċi u prattiċa fil-qasam tal-kura tal-anzjani. Fi tmiem dan il-kors organizzat minn St Vincenz de Paul, il-parteċipanti jingħataw ċertifikat. L-Universita` ta’ Malta qed takkredita dan il-kors bħala taqsima studju fil-Programm tal-Arti u x-Xjenzi Liberali (PLAS). Iċ-ċertifikat miksub jista’ jkun utli għal min qed ifittex li jaħdem bħala Care Assistant. Din hija opportunita’ għal min hu nteressat li jaħdem fil-qasam tal-anzjani f’pajjiżna.

 
It-taħriġ se jibda fl-23 ta’ April, 2018 u huwa mqassam fuq ħmistax-il ġimgħa. It-taħriġ tejoretiku huwa mqassam fuq seba’ ġimgħat mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Il- ħinijiet huma mit-08:15 sas-14:15. It-taħriġ tejoretiku jingħataw kollha minn SVP iżda, dawk il-persuni minn Għawdex li jixtiqu japplikaw, jistgħu isegwu l-istess kors mit- Training Hub ġewwa Għajnsielem.

 
It-taħriġ prattiku jkun fuq seba’ ġimgħat li matulhom il-kandidati jridu jaħdmu numru ta’ siegħat. Dan ikun jista’ jsir matul il-ġimgħa kollha (mit-Tnejn sal- Ħadd) mis-07:00 sas-13:00 jew mis-07:00 sas-19:00.

 
L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru minn St Vincent De Paul, Training Centre, Triq Ngieret, Ħal Luqa. L-applikazzjoni tista’ titniżżel ukoll mis-sit elettroniku http://www.activeageing.gov.mt

 
L-applikazzjonijiet se jkunu qed jiġu aċċettati minn nhar it-Tnejn 5 ta’ Marzu 2018 sal-Ġimgħa 16 ta’ Marzu 2018 strettament bejn it-8:00am u s-13:00. Kull applikazzjoni għandha titwassal personalment jew f’ St Vincent De Paul, Training Centre, Ħal Luqa jew Għajnsielem Training Hub, Triq l-Mġarr, Għajnsielem.

 
Ma’ kull applikazzjoni huwa importanti li wieħed jinkludi Ċertifikat riċenti tal-Kondotta tal-Pulizija, School Leaving Certificate, kopja tal-Karta tal-Identita`, 3 ritratti tal-passaport, kif ukoll kopji taċ-ċertifikati akkademiċi. Imbagħad, l-applikanti kollha jirċievu avviż bil-posta biex jattendu interview. Min jiġi aċċettat biex isegwi l-kors għandu jagħmel il-pagament ta’ €75 li se jinġabar fl-23 ta’ April 2018.

 
Dawk interessati jistgħu jiksbu aktar informazzjoni billi jċemplu ġewwa Training Hub (SVP) fuq in-numru tat-telefon 2291 2473/2485, jew Training Hub Għajnsielem (Għawdex) fuq 2590 3053 jew billi jżuru is-sit elettroniku http://www.activeageing.gov.mt​