Dwarna

L-għan tagħna huwa li ngħinu lin-nies jibqgħu responsabbli minn ħajjithom għall-itwal żmien possibbli waqt li jixjieħu u, fejn possibbli, biex jikkontribwixxu għall-ekonomija u s-soċjetà

Viżjoni

Għall-aħjar benesseri u kwalità ta’ ħajja għall-anzjani

Dikjarazzjoni tal-Missjoni​

Biex ikun sħab mal-anzjani u s-soċjetà permezz ta’ politika u appoġġ ħolistiku orjentat mal-klijent sabiex in-nies anzjani jkomplu jgawdu l-ħajja b’potenzjal massimu tagħhom fl-ambjent individwali tagħhom

Valuri Ewlenin

Soċjetà għal kull età tippermetti diversi ġenerazzjoniet illi jinvestu f’xulxin u jaqsmu il-benefiċċji ta’ dak l-investiment. Hija soċjetà li fiha r-rispett, ugwaljanza, indipendenza, parteċipazzjoni, kura tas-saħħa, sodisfazzjon personali u d-dinjità tal-anzjani tiġi segwita dejjem. Permezz tal-Politika Strateġika Nazzjonali għal Anzjanità Attiva 2014-2020, il-Gvern jikkommetti ruħu li jibdel is-soċjetà f’waħda ta’ kull età u jiżgura li n-nazzjon tagħna jadotta miżuri speċifiċi li jibdlu lil Malta f’pajjiż adatt għal kull età

Soċjetà għal kull età

Waħda li taġġusta l-istrutturi u l-funzjonijiet tagħha, kif ukoll il-politika u l-pjanijiet tagħha, biex jiġu jaqdu l-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet ta’ kulħadd, u b’hekk tkun miftuħa għall-potenzjal u għall-benefiċċju ta’ kulħadd

Il-valur tal-Imparzjalità Interġenerazzjonali

Soċjetà tabilħaqq demokratika ssostni l-ħtieġa ta’ rispett ugwali, l-istess opportunitajiet, u livelli komparabbli ta’ għajxien bejn ġenerazzjonijiet differenti

Kisba tas-setgħa

Impenn għal aġġornament tal-politika dwar l-anzjanità biex tirrifletti l-bżonnijiet u x-xewqat tal-popolazzjoni aktar avvanzata fl-età

Tabilħaqq, it-tisħiħ tal-awtonomija u l-indipendenza tal-popolazzjoni ta’ età akbar, u l-garanzija ta’ tranżizzjoni aktar faċli mill-komunità għal ambjent ta’ kura fit-tul, huma fost il-miri ewlenin fuq l-aġenda ta’ din il-politika. L-avvanz fis-snin ta’ ħajja aktar b’saħħitha jtejjeb il-benesseri tal-anzjani, itawwal il-ħajja tax-xogħol waqt li toffri inċentiv għal tkabbir ekonomiku, kif wkoll inaqqas il-pressjoni minn fuq is-sistemi tas-saħħa u l-kura soċjali.

Tittieħed qagħda proattiva fejn tidħol l-anzjanità u mhux sempliċiment tipprovdi servizzi soċjali u servizzi tas-saħħa għall-anzjani, iżda bit-twettiq ta’ politika li ttejjeb ir-rati ta’ inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni ferm lil hinn mill-età statutorja tal-irtirar.

L-għan ewlieni tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ​hu dak li tinbidel is-soċjetà anzjana minn waħda ta’ dipendenza għal anzjanità attiva, sabiex tagħti l-indipendenza u dinjità fl-anzjanità. Kif ukoll tipprovdi servizzi ta’ kura fil-komunità sabiex jgħinu lill-anzjani biex ikomplu b’ħajjithom fl-ambjent li kibru fih. L-għan ewlieni hu wieħed preventiv, fejn jiġu involuti l-gruppi ta’ etajiet differenti fil-proċess ta’ anzjanità attiva tul il-ħajja.