Dħul f’Dar tal-Anzjani

Dħul f’Dar tal-Anzjani jipprovdi servizz ta’ kura residenzjali f’ambjent protett u sigur lil anzjani u persuni b’diżabilità, li ma jistgħux jibqgħu jgħixu b’mod indipendenti fid-dar tagħhom
 

X'SE TINGĦATA

Ladarba residenti prospettivi jkunu aċċettati biex jidħlu f’dar residenzjali, huma jkunu mistiedna għal żjara ta’ orjentazzjoni qabel ma jidħlu. Hemm ħafna faċilitajiet li jinkludu kamra tal-banju bl-en suite, sistema ta’ sejħa għall-għajnuna f’każ ta’ emerġenza, arja kkundizzjonata, sistema ċentrali biex iżomm l-ambjent sħun, telefon f’kull kamra għal telefonati li jidħlu minn barra u għal telefonati interni, u aċċess ta’ Wi-Fi. Hemm ukoll kmamar komunitarji bħal kmamar tal-pranzu, kmamar ta’ rikreazzjoni, kamra bit-TV u kappella.

Is-servizzi jinkludu l-provediment ta’ infermiera, u servizzi oħra ta’ kura, kif ukoll il-provediment ta’ Allied Health services. Dawn is-servizzi jinkludu s-servizz ta’ tim ta’ professjonisti mill-Allied Health Professionals u jinkludu servizzi ta’ fiżjoterapija, occupational therapy, speech therapist u podjatrija. Dan kollu jiddependi fuq il-bżonnijiet tar-resident. Ir-residenti jkunu provduti b’ikliet kuljum li jinkludu kolazzjon, ikla ta’ wara nofsinhar u pranzu, servizzi ta’ tindif, servizzi ta’ uffiċċju ta’ front desk, servizzi pastorali, u servizzi konnessi mal-kura tax-xagħar.

ELIĠIBBILTÀ

  • Anzjan li għandu 60 sena `l fuq; jew
  • Persuna li tbati minn xi forma ta’ diżabilità; jew
  • Anzjan li jbati bid-dimenzja; jew
  • Anzjan li għandu bżonn kura fit-tul; jew
  • Anzjan li ma jistax jgħix fid-dar tiegħu

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

  • Rapport Mediku li għandu jkun ffirmat minn tabib tal-familja
  • Kull ċertifikat/rapport mediku mill-Isptar
 
Meta applikazzjoni tkun mimlija u eżaminata, din tgħaddi għand it-Tim tal-Assessjar. Komunikazzjoni hemmhekk issir bejn dan it-Tim tal-Assessjar u l-applikant bil-għan li tinstab data u ħin addattat biex isir l-assessjar minn tim multi-dixxiplinarju. Dan it-tim jikkonsisti f’tobba mediċi, infermieri, terapisti u ħaddiema soċjali. F’każ fejn l-applikant ma jistax iħalli d-dar tiegħu minħabba mard jew korriment, lassessjar ikun skedat biex isir fl-istess residenza tal-applikant. L-għan tal-assessjar hu biex jiddetermina l-livell ta’ servizzi meħtieġa mill-applikant, kif ukoll il-livell ta’ prijorità. Matul l-assessjar jingħataw ukoll pariri dwar servizzi neċessarji li huma aċċessibbli fi ħdan il-komunità.
 
It-tim janalizza dawn l-aspetti:
 
  • Dettalji dwar il-persuna f’kuntest soċjali u kliniku
  • Diffikulatijiet li joħorġu minn cognitive impairment
  • Livelli ta’ mobilità u dipendenza
  • Aċċess għal sapport
 
Permezz ta’ din l-informazzjoni, it-tim multi-dixxiplinarju jirrakomdanda l-livell xieraq ta’ kura li hi meħtieġa. Dan jiddependi wkoll fuq il-kundizzjoni medika u l-istess livelli ta’ dipendenza. It-tim jirrakomanda wkoll dwar il-prijorità u l-urġenza tal-każ. It-tim multi-dixxiplinararju jieħu ħsieb jimla wkoll rapport ta’ assessjar rigward kura fit-tul li mbagħad ikun anness flimkien mal-applikazzjoni.
 

WARA AMMISSJONI

Meta persuna tidħol f’Dar Residenzjal (kura ta’ livell 1), ħlasijiet u tariffi japplikaw, konformi mal-A.L. 151​ ​tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat.​
 
B’effett minn dik id-data, kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, assistenza soċjali u bonus li jirċievi, nett mid-dħul tat-taxxa, u 60% minn kull dħul ieħor li jkun irċieva matul is-snin kalendarji immedjatament qabel is-sena li fiha l-assessjar minn dak id-dħul ieħor isir għal skop ta’ dawn ir-regolamenti. Dejjem jittieħed nett mid-dħul tat-taxxa.
 
Kif ukoll, għandu jsir rendikont tal-valur ta’ kwalunkwe proprjetà (eskluż id-dar ta’ residenza) li hi, jew li tista’ tkun, investit jew maħsuba għal skop ta’ profitt, eskluża l-għamara, ġojjellerija u oġġetti oħra ta’ natura personali. Il-valur tal-proprjetà għandu jkun trattat bħala li qed jipprovdi dħul kull sena ekwivalenti għal 5.5% tal-valur kapitali. Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu disposti għar-resident. Ilkontribuzzjoni minn persuna li kienet residenti qabel it-3 ta’ Jannar 2004 m’għandhiex taqbeż €31.45 kuljum, jew li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena għad-dispożizzjoni tar-resident.
 
Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur onlajn sabiex tagħmel stima tal-intitolament tar-rata tal-benefiċċju.

F'każ ta' suġġerimenti jew ilmenti ikkuntatjana

Kwalità ta’ Ħajja Aħjar għall-Anzjani li jgħixu fi Djar għall-Anzjani

Il-Karta tad-Drittijiet tenfasizza li r-residenti li jgħixu fi Djar għall-Anzjani għandhom id-dritt għad dinjità, libertà, sigurtà u benesseri fiżiku u mentali, kif ukoll il-libertà tal-għażla u l-awto-determinazzjoni tagħhom

San Vinċenz de Paul ​

San Vinċenz de Paul hija ibridi bejn dar ta’ kura u sptar għall-anzjani, b’popolazzjoni ta’ aktar minn 1,100 resident. Tingħata attenzjoni speċjali biex jingħata sapport lil attivitajiet fil-ħajja ta’ kuljum tar-residenti kollha, fejn tingħata attenzjoni partikolari għan-nutrizzjoni, mobilità, iġene personali kif ukoll attivitajiet soċjali u spiritwali

Kwalità ta’ Ħajja Aħjar għall-Anzjani li jgħixu fi Djar għall-Anzjani

Il-Karta tad-Drittijiet tenfasizza li r-residenti li jgħixu fi Djar għall-Anzjani għandhom id-dritt għad dinjità, libertà, sigurtà u benesseri fiżiku u mentali, kif ukoll il-libertà tal-għażla u l-awto-determinazzjoni tagħhom

San Vinċenz de Paul ​

San Vinċenz de Paul hija ibridi bejn dar ta’ kura u sptar għall-anzjani, b’popolazzjoni ta’ aktar minn 1,100 resident. Tingħata attenzjoni speċjali biex jingħata sapport lil attivitajiet fil-ħajja ta’ kuljum tar-residenti kollha, fejn tingħata attenzjoni partikolari għan-nutrizzjoni, mobilità, iġene personali kif ukoll attivitajiet soċjali u spiritwali