Applikazzjonijiet

Applikazzjoni għall-Kustodja

Skond il-liġi (Artikolu 189 (3) tal-Kodiċi Ċivili u l-Artikolu 521 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili), it-talba għall-Kustodja tista’ ssir minn:

  • kull persuna b’diżabilità jew diżordni mentali li tixtieq li jinħatar Gwardjan
  • konjuġi ta’ persuni b’diżabilità jew diżordni mentali
  • qraba ta ‘persuni b’diżabilità jew diżordni mentali
  • l-Avukat Ġenerali, sakemm it-talba ma ssirx minn xi persuna oħra

Persuna tista’ tapplika għall-Kustodja billi tniżżel u timla Applikazzjoni u Rapport Mediku.

Jekk teħtieġ għajnuna biex tifhem u  timla l-applikazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-Reġistratur tal-Bord dwar il-Kustodja.​

Applikazzjoni għas-Servizzi għall-Anzjani

Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandu l-għan sabiex jippromovi anzjanità attiva kif ukoll kwalità ta’ ħajja aħjar għall-anzjani. Id-dipartiment jipprovdi diversi servizzi ta’ sapport u kura tas-saħħa permezz ta’ kura personalizzata li tiffoka fuq benefiċċji tanġibbli u kura sostenibbli fit-tul. Id-dipartiment jipprovdi wkoll servizzi fil-komunità bħala parti mill-impenn tiegħu sabiex ikompli jagħti sapport lill-anzjani li jgħixu fil-komunità u b’hekk jipposponi l-bżonn li jidħlu għal kura fit-tul. 

Gruppi ta’ Sapport Psikoloġiku fil-Komunità

L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK) b’kollaborazzjoni ma’ SOS Malta se tkun qed tipprovdi gruppi ta’ sapport psikoloġiku għal persuni li għandhom 60 sena jew iktar u li jgħixu fil-komunità. 

Matul dawn is-sessjonijiet se jiġu diskussi diversi suġġetti fosthom is-solitudni, luttu, relazzjonijiet, komunikazzjoni u suġġetti oħra li jistgħu jiġu mitluba mill-parteċipanti fil-grupp…

iSupport għad-Dimensja

iSupport huwa kors ta’ għajnuna, imfassal mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Dan il-programm edukattiv onlajn huwa għal dawk li jieħdu ħsieb persuni bid-dimensja, u huwa disponibbli mingħajr ħlas. Il-kors għandu 5 taqsimiet u jieħu madwar 7 sigħat biex jitlesta kompletament. Meta tirreġistra fil-kors, tkun tista’ tagħżel li tagħmel it-taqsimiet u l-lezzjonijiet kollha konsekuttivament, jew tagħżel li tagħmel il-lezzjonijiet li huma l-aktar rilevanti għalik. Il-lezzjonijiet kollha jikkonsistu f’qari qasir, eżempji deskrittivi u diversi eżerċizzji. Min ikun qed jagħmel il-kors se jkun qed jirċievi feedback waqt li jkun qed jaħdem l-eżerċizzji. Jinħareġ iċ-ċertifikat meta il-parteċipant ilesti t-taqsimijiet u l-eżerċizzji kollha, flimkien mal-istħarriġ fuq il-kors.

Kura tad-Dimensja fid-Dar

Dan il-kors huwa maħsub għal dawk il persuni li joffru kura lil membri tal-familja, qraba u ħbieb bid-dimensja. It-terminu “persuniali toffri kura lil tal-familja” jirreferi għal dawk il-persuni li jieħdu ħsieb il-qraba u dawk l-aktar għal qalbhom u ma jitħallsux formalment għas-servizz li jagħtu. Ir-riċerka stabbiliet li l-biċċa l-kbira tal-kura hija pprovduta minn dawn il-persuni li joffru kura lil tal-familja. Waħda mill-għanijiet tal-Istrateġija Nazzjonali tad-Dimenzja ta’ Malta 2013-2020, hija li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ individwi li jgħixu bid-dimensja, il-persuni li joffru kura u l-membri tal-familja tagħhom.

Sessjonijiet Edukattivi dwar l-Abbuż u l-Frodi fl-Anzjanità

L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità se tkun qed torganizza sessjonijiet dwar l-abbuż u l-frodi fost persuni akbar fl-età. Dawn is-sessjonijiet se jsiru bl-għan ewlieni li nżidu l-għarfien fuq it-tipi t’abbuż finanzjarju li persuni akbar fl-età jistgħu jesperjenzaw, kif jistgħu jevitawh u fejn jistgħu jsibu l-għajnuna f’każ ta’ abbuż.